Ir-rebbieħa ta’ Wimbledon Angelique Kerber għelbet lir-rebbieħa tal-Open tal-Istati Uniti Naomi Osaka f’Singapore fejn qed jintlagħab il-Finali WTA. Kerber rebħet il-logħba tagħha mill-Grupp l-Aħmar 6-4, 5-7, 6-4 f’sagħtejn u nofs.
Osaka b’hekk tilfet iż-żewġ logħbiet f’din il-kompetizzjoni li qed tagħmel id-debutt fiha, wara li tilfet break kruċjali fis-seba’ logħba tal-aħħar set. Kerber ikkonvertiet sitta mid-disa’ break points tagħha iżda kellha biss 44% tas-service fl-aħħar set.
Sloane Stephens rebħet ukoll wara li għelbet lil Kiki Bertens f’logħba missielta. Is-sid numru ħamsa rebħet 7-6, 2-6, 6-3 f’logħba li spiċċat kważi fis-siegħa ta’ filgħodu ħin lokali.
Dan fisser li l-Grupp l-Aħmar baqa’ miftuħ beraħ qabel l-aħħar ġurnata tal-grupp. L-erba’ tennisti għadhom b’ċans li jikkwalifikaw għas-semifinali, b’Stephens tinsab l-ewwel b’żewġ grupp, b’Kerber, Bertens warajha filwaqt li Osaka tinsab fil-qiegħ. Għada Stephens tilgħab kontra Kerber.
//= $special ?>