Bulgara ta’ 41 sena residenti l-Gżira sofriet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza fl-inħawi tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar. Minn stħarriġ preliminari tal-Pulizija, irriżulta li l-mara Bulgara sfat milquta minn vettura tat-tip Toyota Avensis misjuqa minn raġel ta’ 69 sena residenti Birżebbuġa.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei fejn ġiet ċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

