Marcos Alonso se jibqa’ ma’ Chelsea hekk kif ġedded il-kuntratt sal-2023. L-internazzjonali Spanjol stabbilixxa ruħu fit-tim ta’ Chelsea minn meta ngħaqad magħhom mingħand Fiorentina fl-2016. Il-plejer ta’ 27 sena esprima l-kuntentizza li jibqa’ jilgħab ma’ dak li ddeskriva bħala wieħed mill-aqwa timijiet fid-dinja. Hu żied li għalih kienu żewġ staġuni konsekuttivi u jinsab ħerqan għal aktar snin.
Alonso kien inġieb fiż-żmien li Antonio Conte kien il-manager tal-klabb fejn kien ikun utilizzat fil-pożizzjoni ta’ wing-back fuq ix-xellug, iżda kemm ilu Maurizio Sarri fit-tmexxija, Alonso qed jilgħab bħala full-back, dejjem fuq ix-xellug. Ix-xahar l-ieħor, Sarri qal li jaħseb li fil-mument, Alonso hu probabbli l-aqwa fl-Ewropa fil-pożizzjoni tiegħu. Hu faħħar il-kwalitajiet fiżiċi tiegħu u jemmen li jista’ jitjieb aktar fil-fażi difensiva.
Alonso lagħab 64 logħba fil-Premier League ma’ Chelsea fejn skorja 14-il gowl kif ukoll kellu seba’ assists. Aktar kmieni din is-sena, Alonso għamel id-debutt mat-tim nazzjonali Spanjol fir-rebħa ta’ 6-1 fuq l-Arġentina. Sa issa hu lagħab tliet logħbiet.
//= $special ?>