Passiġġieri li minn Għawdex kienu ġejjin lejn Malta, ilhom għall-aħħar siegħa u nofs maqbuda fuq il-vapur MV Gaudos. Dan hekk kif Net News jinsab infurmat li r-rampa tal-vapur weħlet kawża ta’ ħsara.
Il-vapur kellu jħalli Għawdex għall-ħabta tal-10:45. Sa dan il-ħin, il-vetturi u passiġġieri kienu tgħabbew, iżda nqalgħet ħsara fir-rampa meta din ġiet biex tingħalaq. Dan bil-konsegwenza li dawk abbord inqabdu fuqu u ilhom għal dan il-ħin kollu jistennew.
Net News irċieva lmenti minn numru ta’ Għawdxin, li spjegaw kif għandom appuntament f’Malta u li għalihom ħadu ġurnata leave, iżda dan kien kollu moħli. Tkellmu magħna wkoll distributuri, uħud minnhom li għandhom trakkijiet mgħobbija bl-ikel, b’konsegwenza li qed jirriskjaw danni finanzjarji.
//= $special ?>