– Chris Said, PN
Id-deputat Nazzjonalista Chris Said qal li pazjent miet fl-Isptar Ġenerali f’Għawdex minħabba li ma kienx hemm helicopter biex dan jinġieb Mater Dei.
Fl-Aġġornament d-deputat Nazzjonalista Chris Said qal li xahrejn ilu fl-24 ta’ Awissu Għawdxi tilef ħajtu tort ta’ Steward, li tmexxi l-isptar ġenerali f’Għawdex u tort tal-Gvern li pprivatizza l-uniku sptar li hemm f’Għawdex. Il-Gvern kien kompliċi f’cover up. F’dak kollu li ġara kien dak li seħħ wara l-inċident. Il-kumpanija li tmexxi l-isptar u l-gvern kienu kompliċi biex jgħattu dak li seħħ.
Fl-10 am iddaħħal fl-Isptar persuna raġel Għawdxi b’sintomi ta’ attakk tal-qalb. Fl-10.30 it-tobba ordnaw li dan ikun trasferit lejn Malta bil-helicopter immedjatament. Ftit minuti wara rriżulta li ma kinx hemm helicopter u għalhekk dan iddaħħal fis-CCU f’Għawdex. Fil-11.15 kien hemm paniku għax ma kinx hemm helicopter.
Fis-1 pm hu kiteb fuq fb dwar din is-sitwazzjoni. Wara dan il-messaġġ, il-PRO tal-Isptar ipprovat tgiddbu. Fl-4.30 pm ir-raġel sofra attakk ieħor u dak il-ħin wasal il-helicopter, seba’ siegħat wara. Meta ħaduh fil-helicopter ittieħdu ritratti u s-CEO ippubblika r-ritratti fil-5.02 pm biex jgħid li l-helicopter kien hemm. Tort ta’ din is-sitwazzjoni l-pazjent tilef ħajtu. Is-CEO għadda l-istess ritratti li ħa hu stess. Kien hemm deputat li kellu bżonn il-helicopter iżda dan ma kinx hemm u kien se jitlef ħajtu. Anki l-Ministru tellgħet ir-ritratti u belgħet il-lixka.
Chris Said qal li bil-poplu ma jqarraq ħadd avolja saret cover-up. Il-pazjent miet tort ta’ dan in-nuqqas. Wara saret pressjoni fil-media, fejn Steward ċaħdu li kien hemm xi nuqqas. Il-Ministru Fearne ħatar inkjesta immexxija minn persuna waħda, l-Professur Cacciattolo. Ir-rapport tlesta fis-17 ta’ Settembru u l-gvern ħareġ stqarrija qasira li fiha qal li ma sab ebda nuqqas fi-serviz ztal-helicopter. Il-Viċi-Prim Ministru ma ppubblikax ir-rapport u għaliex sar kompliċi f’cover up. Din hi inkejsta cover-up.
Hu qal li l-ebda ħaddiem ma kien mitkellem fl-inkjesta, lanqas hu li għamel l-akkużi. Fil-file tal-isptar hemm miktub helicopter not available. Hemm każi oħra ta’ persuni oħra li tilfu ħajjithom minħabba negliġenza.
Chris Said sfida lill-Ministru Fearne biex jippubblika r-rapport tal-Bord, beix jgħid jekk fil-file tal-pazjent hemm imniżżel darbtejn helicopter not available, jekk il-Ministru rax il-file, jekk hemmx ċirkolari li l-helicopter mhux se jkun hemm u jikkonfermax jekk din kinitx l-ewwel darba li ġrat.
Steward qed jieħdu €1.2 miljun għall-helicopter biss meta qabel dan kien jiġi pprovdut mill-FAM. Dan hu servizz zopp li qabel kien jingħata b’ħafna inqas flus. Illum lanqas hemm helipads f’Għawdex u f’Malta u għalhekk il-pazjenti jieħdu siegħa iktar. Jeħtieħ li jsir helipad fl-Isptar Ġenerali f’Għawdex li tneħħa u anki f’Mater Dei. Dan kollu jorbot mal-iżball tal-privatizzazzjoni tal-isptar f’Għawdex.
Il-gvern Laburista wiegħed sptar ġdid iżda dan ma seħħx u lanqas saret applikazzjoni. Illum hemm sptar bla konsulenti għax qed jitilqu. Hu semma’ kwoll nuqqasijiet kbar li hemm fosthom fid-Dipartiment tar-Radjoloġija u appella lid-deputati tal-Gvner biex ma jkunux kompliċi f’cover up.
//= $special ?>