Ambjent Lokali

“Sitwazzjoni tal-mistħija fl-2018” – residenti Tarxiniżi

Ikompli l-fjask tas-sistema li ħoloq il-Ministru Herrera

Hekk kif il-Gvern jinsab f’paniku minħabba li b’mod imminenti se tidħol fis-seħħ is-sistema tal-ġbir tal-iskart organiku, dalgħodu komplew jitqassmu aktar kontenituri tal-iskart fost skariġġ kbir għal diversi anzjani li qed ikollhom iħallu darhom u jistennew sigħat twal.

F’Ħal Tarxien, per eżempju, dalgħodu kien hemm kju twil ta’ nies jistennew il-kontenituri. Residenti qalulna li din hi “sitwazzjoni tal-mistħija” li n-nies qed ikollhom jgħaddu minnha.

Intant, anke l-Viċi Sindku taż-Żejtun qed tilmenta fuq il-mod kif qed isiru l-affarijiet.

Din hi l-istess sitwazzjoni li esperjenzaw ir-residenti ta’ Raħal Ġdid ftit tal-ġranet ilu.