Lokali Sport

Tissokta l-kritika għall-Budget mid-dilettanti tal-Motorsport

Kummenti fuq il-midja soċjali komplew juru d-dispjaċir tad-dilettanti tal-Motorsport f’pajjiżna hekk kif komplew jippersistu numru ta’ reazzjonijiet negattivi għan-nuqqas li kien hemm fil-Budget 2019.

Dan dovut ukoll għall-fatt li, għal darb’oħra, ma reġa’ ġie rreġistrat l-ebda progress fil-wegħda elettorali tal-Gvern qabel l-elezzjoni tal-2017 għat-trakka tal-karozzi.

Intant fi stqarrija, b’reazzjoni għall-Budget 2019, l-Malta Motorsport Federation qalet li s’issa saru sensiela ta’ laqgħat mal-Gvern, b’assikurazzjonijiet li qed jaħdem biex jara li din il-wegħda titwettaq. Madankollu, tħoss li dan l-isport għadu jitqies bħala dixxiplina sekondarja, minkejja r-riżultati pożittivi u konvinċenti li jinkisbu barra minn xtutna.