Lokali

Żewġ Maltin u barrani arrestati fil-Marsa

Il-Pulizija arrestat żewġ Maltin u barrani fiż-żona ta’ qrib il-Knisja tal-Marsa. Dawk arrestati huma żewġ irġiel u mara, b’din tal-aħħar li xi jiem ilu kienet qed iddur twissija dwarha fuq il-midja soċjali wara li dehret tittallab f’xi pompi tal-petrol.

Mhux magħruf x’wassal għal dan l-arrest, għalkemm sorsi fil-post ma jeskludux li din hi ħidma relatata mad-droga, li hi frekwenti fl-inħawi.

Fil-post kien hemm preżenza qawwija tal-Pulizija, li dehru jikkonfiskaw il-mobiles ta’ dawk arrestati, waqt li deher ukoll pakkett magħluq li mhux magħruf x’fih.

Saret ukoll tfittxija intensiva f’karozza li ntużat minn uħud minn dawk arrestati, bil-Pulizija tfittex ukoll fost l-affarijiet personali u basktijiet ta’ dawk arrestati.

Fil-post deher ukoll missier wieħed mill-akkużati, li qed jassisti lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet. Intalbet ukoll l-assistenza ta’ avukat fil-post.

F’kuntatt li għamel dan l-istazzjon mal-Pulizija, qalulna li għad m’għandhomx informazzjoni.