Sport Sport Ieħor

Bidu tajjeb minn Mauro Anastasi fil-Kampjonat Ewropew tat-Ten Pin Bowling

Iċ-champion Malti Mauro Anastasi kellu bidu mill-aqwa fil-Kampjonat Ewropew tas-singles meta temm l-ewwel rawnd tal-grupp tiegħu fl-ewwel post b’medja għolja ta’ 233 punt.

Hu spiċċa dan ir-rawnd b’total ta’ 1864 punt, 21 punt aktar minn Bodo Konieczny tal-Ġermanja li hu qed jiddefendi t-titlu li rebaħ is-sena l-oħra. It-tieni rawnd jitkompla għada fid-9.00am.

Dan il-Kampjonat Ewropew jintlagħab darba kull sena u kull pajjiż Ewropew jibgħat ir-rebbieħ lokali. L-edizzjoni ta’ din is-sena qed issir f’Langden fil-Ġermanja.