Id-deputati tal-Parlament fl-Etjopja eleġġew lil Sahle-Work Zewde bħala l-ewwel President mara tal-pajjiż.
Sahle-Work Zewde għandha esperjenza kbira fil-qasam diplomatiku u l-konferma tagħha bħala l-unika Kap ta’ Stat mara tal-Afrika fiha wkoll element storiku u sinifikanti.
L-elezzjoni tagħha għall-kariga – fil-parti kbira ċerimonjali – saret ġimgħa wara li l-Prim Ministru Etjopjan, Abiy Ahmed, ħatar il-Kabinett, f’Addis Ababa, fejn in-nisa qegħdin jokkupaw madwar nofs il-karigi.
Wara l-ġurament tal-ħatra, il-President ġdid tal-Etjopja impenat ruħha biex tistinka lejn ‘ir-realtà tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fil-pajjiż’.
Waqt l-indirizz lill-Parlament Etjopjan, Sahle-Work Zewde wiegħdet ukoll biex tippromwovi l-paċi hi u tħeġġeġ lid-deputati preżenti biex jappoġġjaw dan l-impenn.
//= $special ?>

