Bolol, fliexken storiċi, ritratti u flokkijiet iffirmati u diversi oġġetti oħra għall-aħħar jiem bidlu l-Casino Maltese tal-Belt Valletta.
Dan hekk kif Maltapost għat-tieni sena konsekuttiva organizzat il-Maltex, esebizzjoni ta’ kollezzjonijiet privati b’enfasi speċjali fuq il-bolol iżda mhux biss.
Fost il-kollezzjonisti, Mark Camenzuli, li għall-aħħar sentejn għaqqad kollezzjoni ta’ ritratti ffirmati minn numru ta’ plejers rinomati, u wkoll leġġendi tal-futbol.
Mary Grace Simpson, li tmexxi s-sezzjoni tal-Filatelija fi ħdan Maltapost, spjegat kif il-wirja kienet suċċess tant li anke t-turisti attendew biex jakkwistaw tifkiriet ta’ Malta u jiħduhom lura lejn pajjiżhom.
Maltapost qed tistieden lill-kollezzjonisti ta’ diversi oġġetti differenti biex jagħmlu kuntatt magħha u jipparteċipaw fl-edizzjoni tas-sena d-dieħla, li l-preparamenti għaliha jibdew immedjatament.
//= $special ?>
