Lokali Transport

L-idea ta’ metro ġiet imwarrba kompletament

Impressjoni artistika
Dalgħodu n-Naxxar kien kompletament imwaħħal bit-traffiku

Ħafna huma diżappuntati għall-fatt illi fil-Budget, il-Gvern ma ndirizzax il-problema tat-traffiku fit-toroq taghna bi pjan car u studjat – minn diskors shih ta’ 100 paġna, hemm biss ftit linji li jitkellmu fuq it-trasport. Izda l-pjan fit-tul tal-Gvern, ma jidher imkien.

Jekk wieħed janalizza l-Budget 2019 malajr jinduna li Kastilja qed twarrab għal kollox l-idea li f’pajjiżna ninvestu f’sistemi alternattivi bhal metro, underground jew monorail.

Il-Gvern fil-Budget jghid hekk: “ghandu jkollna pjattaforma sħiħa ta’ servizzi marbuta mat-trasport”. Iżda aktar minn hekk, ma jintqal xejn.

L-istudju biex issir metro ma jissemma imkien. L-istudji ghal mezzi alternattivi ohrajn ta’ trasport tal-massa huma inezistenti fil-Budget. Filwaqt li ma jidher l-ebda pjan dwar kif il-Gvern se jindirizza l-kwistjoni tat-traffiku – problema li sa din il-gimgha stess qed tkompli tgħolli rasha.

Każ klassiku kien dak li seħħ dalgħodu fin-Naxxar fejn diversi sewwieqa kienu imwaħħlin f’kongestjoni kbira ta’ karozzi ghal hin twil.