Il-Qorti Suprema Spanjola qalet li kkonkludiet l-investigazzjoni kontra 18 il-mexxejja għall-indipendenza Katalana u li issa jridu jgħaddu minn proċess tal-qorti li x’aktarx issir fil-bidu tas-sena d-dieħla.
Il-prosekutur ewlieni, issa, għandu ħamest ijiem biex iressaq akkużi relatati għall- kampanja illegali lejn l-indipendenza tar-reġjun tal-Katalonja li saret matul is-sena li għaddiet.
Disa’ minn dawn il-mexxejja Katalani, fil-preżent, qed jinżammu l-ħabs fi Spanja qabel ikunu suġġetti għall-proċess tal-qorti. L-istess disa’ mistennija li jkunu proċessati bħala ‘protagonisti wara rewwixta’, bl-akkuża kapaċi twassal għal massimu ta’ 30 sena ħabs.
Id-disa mexxejja l-oħra li nħelsu bi pledge jew li spiċċaw jgħixu f’eżilju qegħdin jiffaċċjaw akkużi li jvarjaw minn ‘atti ta’ rewwixta’ sa’ ‘aġir diżubbidjenti lejn l-Istat’ flimkien ma’ użu ħażin ta’ fondi pubbliċi.
//= $special ?>

