Il-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma, Joe Mizzi wera li l-Gvern għadu qiegħed ikaxkar saqajh fuq il-proġett tal-pipeline tal-gass bejn Malta u l-Italja.
Waqt attivita’ li kien preżenti għaliha fir-Rabat, Net News staqsa lill-Ministru fiex wasal dan il-proġett. Viżibbilment skomdu, hu ma kienx jaf jgħidilna x’inhu t-timeframe ta’ dan il-proġett.
Hames snin ilu, meta l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi kien ġab 1.2 biljun ewro f’fondi ewropej ghal pajjiżna, kien diga’ ssemma l-proġett tal-pipeline tal-gass bħala wieħed mill-proġetti ewlenin li kellhom isiru b’dawn il-fondi.
Illum, għaddew kważi sitt snin, u l-Gvern ta’ Muscat għadu fil-fażi ta’ studju.
Fil-fatt, fil-Budget tissemma’ biss referenza ta’ linja dwar dan il-proġett, bil-Gvern jgħid li kompliet il-ħidma, e’att l-istess kif qal fil-Budget li ghadda.
//= $special ?>