Raġel ta’ 46 sena residenti fil-Gudja sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ minn għoli. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu ġewwa sit ta’ kostruzzjoni fi Triq l-isfar, Marsaskala.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar,irriżulta li r-raġel kien qed jagħmel xi xogħol fl-istess sit u għal xi raġuni waqa’ xi għoli minn fuq sellun.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan l-inċident.
//= $special ?>