Ambjent Lokali

Sindki Laburisti jammettu il-fjask tal-Gvern

L-iskema tal-iskart organiku tidħol fis-seħħ il-ġimgħa d-dieħla, iżda "għad hawn konfużjoni"

Sindki Laburisti f’diversi lokalitajiet qed jilmentaw bil-qawwa għall-mod li bih il-Gvern qed jimplimenta l-iskema l-ġdida tal-ġbir tal-iskart.

Fost dawn, is-Sindku ta’ Raħal Ġdid illi insista li “issa iżżejjed; ir-residenti ma ħaqqhomx hekk”.

Is-Sindku Dominic Grima fakkar li dawn il-kontenituri kellhom jitqasmu bieb bieb. Iżda dan il-ftehi ma sarx, u minn hawn beda l-kaos. “Rajt anke anzjani jibku minħabba dan it-tgerfix”, sostna s-Sindku fuq Facebook.

Anke s-Sindku tax-Xgħajra Anthony Valvo esprima r-rabja tiegħu għall-mod kif qed isiru l-affarijiet, u sostna li għad hawn konfużjoni. Filwaqt li fil-Parlament, il-Ministru responsabbli minn din il-bidla ma tantx donnu qed jinkwieta wisq fuq l-ilmenti li qed iwasslu s-Sindki Laburisti.