Lokali Sport

Surplus? Mhux għal min iħobb il-karozzi

Stqarrija iebsa mill-Malta Automobile Club

It-taxxa fuq il-karozzi baqgħet fost l-ogħla fl-Unjoni Ewropea, u dan il-Budget ma għamel xejn biex itaffi dan il-piż. Dikjarazzjoni li saret fi stqarrija maħruġa mill-Malta Automobile Club.

L-għaqda qalet li d-dilettanti tal-karozzi huma settur li mhux igawdu mis-surplus. “It-talbiet tagħna qed jaqgħu fuq widnejn torox”.

L-Automobile Club saqsa lil Muscat kif se jagħmel biex il-Gvern fl-2019 idaħħal 13-il miljun aktar mit-taxxi fuq il-vetturi.