Wara li d-Deputat Nazzjonalista Chris Said kixef każ xokkanti ta’ Għawdxi li miet f’ċirkustanzi li jqajjmu ħafna mistoqsijiet, il-Ministeru tas-Saħħa ġie dahru mal-ħajt u illum ippublika ftit linji minn din l-inkjesta. Parti qasira li fil-konklużjonijiet tagħha hemm miktub b’mod ċar li l-Isptar t’Għawdex m’għadux protokol formali ta’ kif għandu jimxi l-istaff f’każi ta’ emerġenza.
Ilbieraħ fil-Parlament, Chris Said qal li pazjent miet fl-Isptar Ġenerali f’Għawdex minħabba li ma kienx hemm helicopter biex dan jinġieb Mater Dei.
Chris Said għamel tliet domandi diretti lill-Ministru:
– biex jippubblika r-rapport kollu ta’ din l-inkjesta
– jgħid jekk hux veru li hemm miktub “helicopter unavailable” fir-rapport
– u jekk din ġratx drabi oħra
Dawn id-domandi kollha baqgħu ma ġewx imwieġba fl-istqarrija xotta li ħarġet illum mill-Ministeru.
Kien fil-ħin talAġġornament meta Chris Said żvela illi xahrejn ilu fl-24 ta’ Awwissu, Għawdxi tilef ħajtu tort ta’ Steward, li tmexxi l-isptar ġenerali f’Għawdex u tort tal-Gvern li pprivatizza l-uniku sptar li hemm f’Għawdex. Il-Gvern kien kompliċi f’cover up. F’dak kollu li ġara kien dak li seħħ wara l-inċident. Il-kumpanija li tmexxi l-isptar u l-gvern kienu kompliċi biex jgħattu dak li seħħ.
Fl-10am iddaħħal fl-Isptar persuna raġel Għawdxi b’sintomi ta’ attakk tal-qalb. Fl-10.30 it-tobba ordnaw li dan ikun trasferit lejn Malta bil-helicopter immedjatament. Ftit minuti wara rriżulta li ma kinx hemm helicopter u għalhekk dan iddaħħal fis-CCU f’Għawdex. Fil-11.15 kien hemm paniku għax ma kienx hemm helicopter.
L-inkjesta stess tikkonferma li sal-24 t’Awwissu, il-ħelikopter kien għadu għat-tiswija skedata.
Fis-1pm hu kiteb fuq fb dwar din is-sitwazzjoni. Wara dan il-messaġġ, il-PRO tal-Isptar ipprovat tgiddbu. Fl-4.30 pm ir-raġel sofra attakk ieħor u dak il-ħin wasal il-helicopter, seba’ siegħat wara. Meta ħaduh fil-helicopter ittieħdu ritratti u s-CEO ippubblika r-ritratti fil-5.02 pm biex jgħid li l-helicopter kien hemm. Tort ta’ din is-sitwazzjoni l-pazjent tilef ħajtu. Is-CEO għadda l-istess ritratti li ħa hu stess. Kien hemm deputat li kellu bżonn il-helicopter iżda dan ma kinx hemm u kien se jitlef ħajtu. Anki l-Ministru tellgħet ir-ritratti u belgħet il-lixka.
Chris Said qal li bil-poplu ma jqarraq ħadd avolja saret cover-up. Il-pazjent miet tort ta’ dan in-nuqqas. Wara saret pressjoni fil-media, fejn Steward ċaħdu li kien hemm xi nuqqas. Il-Ministru Fearne ħatar inkjesta immexxija minn persuna waħda, l-Professur Cacciattolo.
Ir-rapport tlesta fis-17 ta’ Settembru u l-gvern ħareġ stqarrija qasira li fiha qal li ma sab ebda nuqqas fi-serviz ztal-helicopter. Il-Viċi-Prim Ministru ma ppubblikax ir-rapport u għalhekk sar kompliċi f’cover up.
Kien biss wara dan id-diskors li l-Ministru ippubblika biċċa żgħira minn din l-inkjesta.
Għalkemm jingħad li Chris Said ġie mistieden biex jara ir-rapport tal-inkjesta, Net News jista’ jikkonferma li d-deputat Nazzjonalista sar jaf b’dan mill-media u ma rċieva l-ebda stedina.
//= $special ?>