Futbol Sport

Antonio Conte liberu li jmexxi klabb barra l-Ingilterra

Antonio Conte rebaħ il-Premier League Ingliż fl-ewwel staġun tiegħu

Rapporti fil-media Ingliża rrappurtaw li Antonio Conte jkun jista’ jieħu t-tmexxija teknika ta’ Real Madrid minkejja li l-obbligi fil-kuntratt li għad għandu ma’ Chelsea.

Il-kuntratt tal-kowċ Taljan ma’ Chelsea hu mifhum li jgħodd jekk jagħżel li jmexxi tim ieħor fl-Ingilterra dan l-istaġun. Għalhekk jekk il-Madrileni jiddeċiedu li jkeċċu lil Julen Lopetegui, Conte ma għandu bżonn l-ebda permess minn Chelsea.

Rapporti fil-ġurnali Taljani qalu li Conte laħaq ftehim ma’ Chelsea biex jinħall mit-termini tal-kuntratt. Conte tkeċċa minn Chelsea fi tmiem l-istaġun li għadda u kien mibdul minn Maurizio Sarri.

Sorsi ta’ Sky qalu li t-Taljan kien avviċinat minn rappreżentanti tal-President ta’ Real Madrid Florentino Perez. Lopetegui jinsab taħt pressjoni ma’ Real Madrid wara bidu negattiv tal-istaġun li nkludiet sensiela ta’ rebħa biss mill-aħħar sitt logħbiet.

Tags