Futbol Sport

FILMAT: Bejn illum u t-Tnejn tintlagħab it-tmien ġurnata tal-Kampjonat Premier

Bejn illum u nhar it-Tnejn tintlagħab it-tmien ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier.  Illejla fis-7.00pm fis-Centenary Stadium Ħamrun Spartans jilagħbu kontra Birkirkara. Għada jintlagħbu erba’ logħbiet, bl-aktar waħda mistennija hi dik bejn Gżira United u Balzan li tintlagħab fil-5.15pm fis-Centenary Stadium. Qabilhom fit-3.00pm jilagħbu Tarxien Rainbows u Qormi.

Fil-Victor Tedesco Stadium fit-3.00pm Floriana jilagħbu kontra Pietà Hotspurs u warajhom Valletta jilagħbu kontra Mosta. It-tmien ġurnata tal-kampjonat tintemm it-tnejn b’żewġ logħbiet fil-Victor Tedesco Stadium. Fis-6.00pm St. Andrews u Senglea Athletic jilagħbu kontra xulxin, b’Sliema Wanderers jilagħbu kontra Hibernians fit-8.15pm.

Barra minn hekk fl-assenza tal-Kampjonati tal-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet Diviżjoni, jintlagħbu 18-il logħba mit-Tieni Rawnd tal-FA Trophy.