Libjan weġġa’ wara li ntlaqat minn bricks li waqgħu f’sit tal-kostruzzjoni fl-Imsida.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3pm fi Triq Nazju Falzon, fejn ir-raġel kien qed jagħmel xi xogħol fis-sit.
Madankollu, sfortunatament, ammont ta’ bricks waqgħu bil-Libjan intlaqgħet f’rasu.
Fil-post issejjaħ tim mediku b’Ambulanza u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li għenu biex il-Libjan seta’ jinħareġ mis-sit.
Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, bil-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa.
Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>