Ekonomija Kummerċ Lokali

Il-ħsara tal-MFSA u l-FIAU lil Malta konfermata f’analizi ta’ S&P

Ir-reputazzjoni tal-ġurisdizzjoni ta' Malta hi f'riskju - Standard & Poor's

Il-ħsara li l-FIAU u l-MFSA għamlu lir-reputazzjoni ta’ Malta. Kemm b’dak li għamlu kif ukoll b’dak li ma għamlux, tista’ tkun konfermata f’analiżi li l-aġenzija tal-credit rating S&P Global għadha kemm ippubbblikat fuq is-sit elettroniku tagħha.

S&P (Standard & Poor’s) hi kumpanija Amerikana ewlenija fid-dinja fil-qasam tas-servizzi finanzjarji li tagħmel analiżi u tippubblika r-ratings tagħha dwar il-kredtu ta’ pajjiżi, banek, kumpaniji u hi kunsidrata bħala vuċi awtorevoli madwar id-dinja. F’Malta spiss tissemma mill-gvern meta jkollha xi rapport li jikkonferma jew itejjeb ir-ratings ta’ pajjizna. F’dan il-każ, iżda, jidher li baqa’ b’fommu sieket.

Fl-aktar analiżi riċenti tiegħu, bit-titlu Dèjà vu all over again money-laundering and sanctions woes continue to haunt Europe’s Banks, S&P Gobal tidħol fid-dettal tal-qagħda tal-Banek Ewropej bħalissa u tirreferi għal numru ta’ każi li seħħew tul din is-sena u l-effetti dannużi għall-istess banek, għall-pajjiżi rispettivi, u għall-Ewropa kollha.

Fil-każ ta’ Malta, l-argument prinċipali jdur madwar il-ġrajja konfuża tal-Bank Pilatus li finalment se twassal għar-revoka tal-liċenzja tiegħu mill-Bank Ċentrali Ewropew.

Meta daħlet fid-dettall dwar il-każ tal-Bank Pilatus, l-analizi ta’ S&P Global tgħid li l-allegazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus kontra dan il-bank żgħir internazzjonali, flimkien mal-perċezzjoni ta’ trapsarenza fqira f’ċerti banek kabbru r-riskju reputazzjonali u anki operattivi għas-settur Malti tal-Banek. Dan finalment wassal biex titbaxxa r-rating tal-BOV, l-akbar bank f’Malta għalkemm S&P speċifikat li dan il-Bank qatt ma kien taħt investigazzjoni dwar ħasil ta’ flus.