Lokali

Isofri ġrieħi ta’ natura gravi

Ritratt: Martin Agius

Sewwieq ta’ mutur qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30 ta’ dalgħodu hekk kif seħħ impatt bejn mutur misjuq minn raġel ta’ 48 sena u vettura misjuqa minn raġel ta’ 47 sena, it-tnejn residenti s-Swieqi.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed mill-post fejn seħħ l-inċident tat-traffiku, fi Triq il-Madliena, Swieqi għall-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin