Internazzjonali

Jiżdiedu l-vittmi tal-għargħar fil-Ġordan

L-iskwadri tas-salvataġġ li qed ifittxu fil-Baħar il-Mejjet għal persuni li għebu fost għargħar f’din iz-zona, sabu l-katavru ta’ tifla ta’ 12 il-sena — biċ-ċifri ta’ mejtin b’kaġun tal-konsegwenzi traġiċi fl-inħawi jitilgħu għal dsatax.

Il-katavru nstab jum wara li grupp ta’ studenti tal-iskola u xi għalliema li kienu qed iżuru l-hot springs f’dik iz-zona tkaxkru mill-gliegel tal-ilma u fejn uħud ma dehrux aktar.

Uffiċjali tal-emerġenza qalu li l-każ kien dovut għal spinta ta’ ilma kaġunata mix-xita qliel u li avvanzat fuq diversi kilometri, fid-direzzjoni tal-Baħar il-Mejjet.

Id-Direttur Ġenerali tad-Difiża Ċivili tal-Ġordan qal li 13 fost il-mejtin ikkonfermati u aktar minn 20 fost xi 36 midruba huma studenti tal-iskola.