Il-Kunsillier Joseph Vella instab ħati li uża kliem dispreġjattiv u ta’ theddid fil-konfront ta’ sħabu fil-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar. Dan b’referenza għal sensiela ta’ emails li intbgħatu f’nofs is-Sajf li għadda.
Kienu s-Sindku u l-kunsillieri tal-PN illi talbu lill-Bord ta’ Governanza biex jinvestiga dawn l-emails. Is-Sindku Anne Fenech u l-kunsillieri Graziella Galea, Daniel Grima, Graziella Galea, Antionette Bezzina u Dounia Borg li kitbu lill-Bord fl-4 ta’ Settembru.
Fid-deċiżjoni li ta l-Bord tal-Governanza, jingħad b’mod ċar li Vella kiser il-Kodiċi tal-Etika. Jintqal ukoll li Joseph Vella, fil-komunikat li kellu ma’ sħabu, ma żammx l-għola livell ta’ rispett.
“L-attitudni ma kinitx waħda kostruttiva minn Joseph Vella”, isostni l-Bord tal-Governanza Lokali.
//= $special ?>