L-uffiċċji tal-MFSA illum jinsabu magħluqin hekk kif il-ħaddiema kollha marru f’lukanda għal konferenza.
Jidher illi ħadd ma kien infurmat b’dan kollu, tant li l-avviż tal-għeluq wasal b’email illum stess.
L-MFSA, li s-sena li għaddiet nefqet €55,000 f’parties, tinsab mill-ġdid fiċ-ċentru ta’ diversi kwistjonijiet.
Ħafna huma urtati għall-atteġjament min-nies fit-tmexxija, l-aktar fid-dawl tal-fatt illi f’dawn il-ġranet kienu qed isiru domandi ripetuti u nies jirrikorri għand l-MFSA minħabba l-kwistjoni tas-Satabank.
Net News hu nfurmat li s-saga tas-Satabank altru milli hi solvuta. Fil-fatt, il-maġġoranza tal-klijenti għad għandhom il-flus tagħhom maqbuda wara kważi ġimgħa ta’ terturi.
Reazzjoni mill-MFSA
Minkejja li l-kumpaniji liċenzjati mill-MFSA kienu infurmati b’dan l-avveninment aktar kmieni din il-ġimgħa, l-Awtorità tassigura li għandha r-riżorsi biżżejjed biex tnaqqas kull inkonvenjent possibli. L-uffiċċji tal-MFSA huma mifuħa u s-servizz tar-reception qed jopera b’mod normali, u t-telefonati u l-emails li qed jidħlu fl-Awtorità qed jitwieġbu b’mod immedjat.
Il-ħidma marbuta mal-każ ta’ Satabank għaddejja b’mod normali u m’hi bl-ebda mod affettwata minn dan l-avveniment.
//= $special ?>