Lokali

Maltija ta’ 9 snin premjata f’konkors tal-kant barra minn Malta

Gaia Gambuzza, tifla ta’ 9 snin mill-Mosta ikklassifikat fl-ewwel pożizzjoni f’konkors tal-kant f’Ragusa, Sqallija.

It-tifla, li ilha tkanta għal dawn l-aħħar 4 snin u tattendi l-iskola tal-kant ta’ ‘Phyllisienne Brincat’s Voice Academy’, irċeviet kummenti ferm inkoraġġanti wara prestazzjoni impekkabbli.

Il-‘Hybla Music Contest’ u  kienet organizzata minn ‘Mondo di Luci’ taħt id-direzzjoni ta’ Maria Di Stefano. F’dan il-konkors kien hemm kompetituri minn madwar l-Ewropa maqsumin f’ 4 kategoriji differenti. Il-kompetizzjoni kienet tikkonsisti fuq żewġ fażi u l-kompetituri riedu jkantaw kanzunetta differenti kull darba, cioe waħda s-Sibt u oħra l-Ħadd.

It-tifla kienet tagħmel parti mill-ewwel kategorija fejn l-ewwel kanzunetta li kantant kienet ‘Cowboy Sweetheart’ fl-ewwel fażi filwaqt il-Ħadd Gaia kantat il-kanzunetta ‘Supercalifragilisticexpialidicious’ mill-musical ‘Mary Poppins’.

Kien hawnhekk li meta bdew ir-riżultati, hi ġiet premjata fl-ewwel post mill-kategorija tagħha. Il-preżentatur preżentaha bħala ‘la vincitrice e’ la nostra Mary Poppins’.

Hija rebħet ukoll il-Premio Critica, mogħti mill-ġurnalisti preżenti.