Mara armata b’sikkina tal-kċina attakkat numru ta’ tfal quddiem l-entratura għal kumpless tal-kindergarten fil-belt ta’ Chongqing, u fejn tal-anqas 14 spiċċaw feruti.
Il-mara, identifikata biss minn kunjoma, Liu, u li għandha 39 sena, wettqet l-attakk għal għarrieda meta t-tfal kienu qed jirritornaw l-iskola wara l-eżerċizzji ta’ filgħodu.
L-investigazzjonijiet tal-każ qed ikomplu waqt li l-istqarrija tal-pulizija ma żvelatx l-iskopijiet wara l-attakk.
//= $special ?>

