Kunsilli Lokali Lokali Transport

Servizz innovattiv mill-Kunsill tan-Naxxar

Il-Kunsill Lokali tan-Naxxar din il-ġimgħa inawgura s-servizz Point to Point – servizz ta’ trasport bla ħlas li qed ikun issussidjat mill-komunita’ kummerċjali.

Is-servizz li se jingħata b’vann madwar in-Naxxar se jgħin biex jitnaqqsu l-karozzi li jintużaw għal vjaġġi qosra, partikolarment mill-periferija tal-lokalita’.

Is-Sindku Ann Marie Muscat Fenech Adami qalet li dan il-proġett minn dejjem kien ħolma tagħha. Hi irringrazzjat lil Claudia Taylor East minn SOS Malta u lill-imprenditriċi Helga Ellul għall-appoġġ li sabet minn għandhom.