L-avukati tal-kuntistabbli Simon Schembri dalgħodu ressqu rikors quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud fejn qed jilmentaw dwar il-programm Xarabank tal-lejla.
L-akkużat Liam Debono illejla se jkun fuq il-PBS, u l-avukati ta’ Schembri qed jgħidu li dan hu eżerċizzju ta’ pubbliċità b’togħma qarsa
Ilmentaw ukoll li din hi intervista rrekordjata u editjata, u għalhekk faċilment ikun hemm intraċċ tal-ġustizzja hekk kif il-ġurati eventwali jistgħu jkunu influwenzati.
Jirriżulta li meta sar jaf b’dan Schembri ħassar ftehim li kellu mat-tim ta’ Xarabank għal stedina li kellu hu għall-ġimgħa d-dieħla.
Fir-rikors intalab ukoll li f’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Qorti għandha tagħti hi l-ordnijiet dwar x’għandu jsir u jekk tħalli li jixxandar tordna li b’xi mod ikun hemm bilanċ li jħarsu d-drittijiet ta’ Simon Schembri. Fil-fatt aktar tard sar magħruf li din l-intervista twaqqfet b’ordni tal-Qorti.
Iktar minn hekk talbu li l-filmat mhux editjat tal-intervista issa jkun esebit fl-atti tal-kawża.
//= $special ?>