Futbol Sport

Steven Zhang jinħatar President ta’ Inter

Steven Zhang inħatar bħala l-President tal-klabb Taljan Inter wara li saret il-laqgħa annwali tal-azzjonisti tal-klabb. Zhang li għad għandu 26 sena, hu t-tifel ta’ Jindong Zhang li fl-2016 xtara l-akbar sehem fil-klabb ta’ Inter.

B’din il-ħatra, Zhang sar l-iżgħar President fl-istorja ta’ Inter. Hu ilu jifforma parti mill-Bord tad-Diretturi tal-klabb għal dan l-aħħar sentejn u kien effettivament responsabbli mit-tmexxija ta’ Inter fil-ħidma ta’ kuljum. Hu se jieħu post Erick Thohir li kien fil-kariga tal-President għal dan l-aħħar ħames snin. Inter ħabbru din il-ħatra b’filmat fuq il-media soċjali.