Lokali

Theżżiża fil-baħar ‘il barra mill-Greċja tinħass f’Malta

Terremot fil-baħar fis-siegħat bikrin ta’ dalgħodu li heżżeż lill-Greċja inħass ukoll f’Malta. Diversi persuni inħasdu hekk kif it-theżżiża inħasset f’diversi partijiet tal-Gżejjer Maltin.

Iċ-Ċentru tat-terremot kien fil-baħar Jonju fil-Lbiċ tal-gżira ta’ Zakynthos.

It-terremot u t-theżżiż li nħass f’Malta inqabad ukoll mill-istrumenti tal-Grupp ta’ Riċerka u Monitoraġġ tal-Attivita’ Siżmika tal-Universita’ ta’ Malta.

F’post fuq il-mezzi soċjali, il-Grupp ikkonferma li l-ewwel theżżiża ta’ madwara 4.9 inħasset għall-ħabta ta’ nofsillejl u 22 minuta ħin ta’ Malta, bit-theżżiża prinċipali ta’ 6.5 tinħass madwar nofs siegħa wara