Il-klabb Ingliż Tottenham Hotspur ikkonferma li l-istadium il-ġdid mhux se jkun lest din is-sena. Tottenham se jkomplu jilagħbu f’Wembley Stadium inkluż il-logħba kontra Wolves fid-29 ta’ Diċembru. Tottenham kienu oriġinarjament skedati li jilagħbu fl-istadium il-ġdid ta’ 62,000 spettatur fil-15 ta’ Settembru, iżda nuqqasijiet li jassiguraw is-sigurtà pposponew il-ftuħ.
Il-manager Mauricio Pochettino qal ix-xahar l-ieħor li kienet ix-xewqa tiegħu li jilgħab fit-Tottenham Hotspur Stadium din is-sena, u żied li kien kunfidenti li dan iseħħ. Iżda fi stqarrija lbieraħ, iċ-chairman Daniel Levy ikkonferma li dan mhux se jseħħ u talab apoloġija lill-partitarji ta’ Tottenham li kienu ħerqana biex jimxu fl-istadium il-ġdid.
“Nixtieq nikkonferma d-data eżatta u l-logħba, iżda fid-dawl ta’ fatturi mhux fil-kontroll tagħna, minħabba li l-kuntratturi fallew id-data stipulata, qed inkunu kawti biex nirrispettaw iż-żmien biex nagħmlu t-testijiet neċessarji.” Levy żied li filwaqt li jridu jżommu l-pressjoni fuq il-kuntratturi kemm jista’ jkun malajr, jinsabu konxji fuq in-nuqqas ta’ ċarezza għall-partitarji biex jippjanaw iż-żminijiet tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena.
Hu qal li fid-dawl ta’ dan il-fatt, ħadu d-deċiżjoni biex jikkonfermaw li l-logħbiet f’darhom se jintlagħbu f’Wembley Stadium sal-aħħar tas-sena. Levy kompla li Tottenham qed jużaw id-dewmien bħala opportunità li jmexxu xogħlijiet futuri. L-istqarrija qalet li r-riżultat finali tkun xi ħaġa li tagħmel lill-partitarji kburin u wiegħed li jerġa’ jagħti aġġornament fil-bidu ta’ Diċembru.
//= $special ?>