Budget 2018 Lokali

BUDGET 2019: Żieda fqira għall-Kunsilli Lokali

Il-Gvern qed jipprova jqarraq bil-poplu meta jgħid li l-kunsilli qed jingħataw budget bla preċedent għal din is-sena.

Robert Cutajar, kelliem tal-Oppożizzjoni dwar il-Kunsilli Lokali qal dan waqt laqgħa plenarja straodinarja tal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali.

Hu spjegalna kif miljun ewro mis-sitta allokati sejrin biex jinbidlu l-bins madwar Malta, u 3 miljuni se jinqasmu bejn 6 kunsilli reġjonali. Dan ifisser li kull reġjun se jkun qed jieħu €500,000 meta bħalissa kull reġjun għandu bżonn minn tal-inqas miljun ewro biex jiffunzjona u dan qabel ma jiżdidulhom ir-responsabbiltajiet.

Dan ifisser li mill-allokazzjoni ta’ żewġ miljuni li saru għall-kunsilli lokali,  meta wieħed jagħmel il-kalkoli jinduna li dan se jissarraf biss f’żieda fqira ta’ €30,000 għal kull lokalità.

Robert Cutajar qal ukoll li f’dan il-budget il-Gvern ħabbar li se jkun qed jalloka fond għall-ġenerazzjoni ta’ pjazez u proġetti infrastruttural fil-lokalitajiet.   Hu qal li dan il-fond diġa kien jieżisti taħt l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista u li dan il-gvern kien warrbu. Issa qed jerġa’ jdaħħal l-istess skema.