Lokali

Illejla tinsiex iddawwar is-siegħa

Minn għada l-ġurnata ser tiqsar u se jibda jidlam kmieni iżda fuq nota pożittiva matul il-lejl li ġej ser torqod siegħa aktar. Dan hekk kif fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu ser naqilbu s-siegħa għal dik tax-Xitwa.

Dan ifisser li fit-tlieta ta’ filgħodu rridu ndawru l-arloġġ b’siegħa lura, għas-sagħtejn ta’ filgħodu.

Madanakollu din taf tkun waħda mill-aħħar drabi li ser naqilbu għas-siegħa xitwija. Dan hekk kif wara li donnha din is-siegħa ma tantx tinżel tajjeb mal-Maltin, ġiet imnedija konsultazzjoni pubblika dwar il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar għandniex nibqgħu bil-ħin tas-sajf jew tax-xitwa.