VALLETTA…………………….. 5 MOSTA………………………… 0
Valletta: Y. Cini, E. Pena Beltre (J. Caruana 77’), S. Borg, R. Camilleri, J. Borg, S. Malano, R. Saleh, M. Alba, M. Piciollo (N. Pulis 83’), M. Fontanella, K. Nwoko (B. Gavrila 62’)
Mosta: A. Vella, D. Xuereb, T. Farrugia, F. Mazzavillani, M. Sammartino, A. De Cerchio (K. Zammit 78’), K. Hirose, Z. Brincat, M. Miranda Gomez (K. Frendo 80’), J. Cisotti, N. Falou (J. Brincat 84’)
Imwissija: A. De Cerchio 66’ (M)
Skorjaw: M. Fontanella 39’, M. Alba 45’, 80’, M. Piciollo 76’, B. Gavrila 85’ (V)
Referee: Ishamel Barbara
Assistenti Referees: Mitchell Scerri, Paul Apap
Il-Mument Plejer tal-logħba: Mario Fontanella (Valletta)
Attendenza: 822
Tasal is-sitt rebħa konsekuttiva ta’ Valletta li reġgħu kisbu rebħa kbira din id-darba ta’ 5-0 fuq Mosta. Tliet punti li mmaturaw fl-aħħar kwarta wara li l-Beltin skorjaw tliet darbiet. Minkejja li kellhom lil Henry Bonello, Joseph Zerafa, Bojan Kaljevic u Rowen Muscat neqsin, Valletta xorta ddettaw il-logħob, minkejja li Mosta kellhom ukoll iċ-ċansijiet tagħhom.
Valletta kellhom aktar inizjattiva fl-ewwel taqsima iżda Mosta kienu qed joħolqu ftit periklu minn ħin għal ħin. L-ewwel azzjoni denja waslet wara 10 minuti bi kross ta’ Enmy Pena Beltre lejn Kyrian Nwoko li niżżel lejn Mario Fontanella, iżda x-xutt tiegħu għadda fuq il-lasta.
Mosta kellhom żewġ okkażjonijiet tajba fi spazju ta’ ftit minuti meta l-ewwel wara kwarta kellu jkun Yenz Cini li blokka tajjeb fuq Falou Samb wara li l-attakkant kien żmarka ruħu tajjeb. Tliet minuti wara, Zachary Brincat ħoloq periklu b’xutt kross li spiċċa fuq is-saqaf tax-xibka.
Valletta marru viċin fit-23 minuta b’xutt minn barra l-kaxxa li spiċċa ftit għoli, biex żewġ minuti wara għal Mosta, Zachary Brincat antiċipa lil Cini minn kross mix-xellug iżda x-xutt għadda ftit barra.
It-tim ta’ Danilo Doncic fetaħ l-iskor fid-39 minuta meta Pena Beltre krossja mil-lemin, lejn MARIO FONTANELLA li b’xutt mill-ewwel għeleb lil Andreas Vella. Il-Beltin irduppjaw eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima. MIGUEL ALBA ħa ballun li kien għand Fontanella, għadda l-ballun minn bejn saqajn Tyrone Farrugia, avvanza u għeleb lil Vella b’xutt fil-baxx.
Mosta resqu qrib li jidħlu fil-logħba fis-47 minuta b’daqqa ta’ ras ta’ Falou Samb li għaddiet ftit barra. Disa’ minuti wara, Zachary Brincat reġa’ resaq qrib b’xutt minbarra l-kaxxa li stampa mal-lasta.
Valletta għalqu l-logħba fis-76 minuta meta rebħu penalty għal fawl fuq Mario Fontanella. Mill-11-il metru MATTEO PICIOLLO għeleb lil Vella. L-iskor sar 4-0 fit-80 minuta b’xutt mill-isbaħ ta’ MIGUEL ALBA minn barra l-kaxxa li għeleb lill-gowlkiper Mosti.
Kien għad fadal ħin għal gowl ieħor ħames minuti wara, b’Fontanella jgħaddi bir-ras lejn is-sostitut BOGDAN GAVRILA li għeleb lil Vella b’xutt djagonali.
(Ritratti: Trevor Sollars)
//= $special ?>