Lokali

Iweġġa’ gravi wara li ttajjar minn vettura

Raġel Pollakk ta’ 37 sena weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza. L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta ta’ 8.15p.m. fit-triq qrib il-Manikata fid-direzzjoni lejn il-Mellieħa.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija irriżulta li l-Pollakk li hu residenti n-Nadur Għawdex, intlaqat minn vettura tat-tip Ford Fiesta misjuqa minn raġel ta’ 78 sena minn San Pawl il-Baħar. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard kien iċċertifikat li s-sewwieq ma sofra ebda ġrieħi filwaqt li r-raġel ta’ 37 sena sofra ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ