Lokali Qorti

Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li aggredixxa lil ommu

Żagħżugħ ta’ 19-il sena ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti mixli li aggredixxa u kkawża ġrieħi ħfief lil ommu, fid-dar tagħhom f’Ħaż-Żabbar.

Francesco Zammit kien akkużat ukoll li ħoloq biża’ ta’ vjolenza lil ommu fil-konfront tagħha kif ukoll ta’ xi ħadd minn uliedha.

Zammit ingħata l-ħelsien mill-arrest mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo fuq diversi kundizzjonijiet fosthom li ma jikkommettix reat ieħor, ma jsifirx u jiffirma tliet darbiet f’ġimgħa fl-għassa ta’ Ħaż-Żabbar. Iż-żagħżugħ ġie mwissi wkoll sabiex ma jkellimx lil ommu fuq dan il-każ, iżda hu qal li ser jitlaq mir-residenza fi ftit żmien ieħor.

L-Ispettur Joanna Piscopo mexxiet il-prosekuzzjoni ta’ dan il-każ