Żagħżugħ mill-Isla nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat b’pussess u traffikar tad-droga kokaina, kannabis kif ukoll eroina – b’rabta mar-rejd li twettaq mill-pulizija jumejn ilu fi Triq il-Vittmi tal-Gwerra, f’Birkirkara.
Axel Vella, ta’ 23 sena, kien akkużat ukoll li prova jbiddel jew qered xi traċċi ta’ evidenza marbuta mar-reati.
Ir-rejd twettaq grazzi għall-ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wara ġimgħat ta’ investigazzjoni u sorveljanza fuq il-maħżen li kien qed iservi bħala lok għat-traffikar tad-droga.
Fl-operazzjoni ġew arrestati mal-14-il persuna, fosthom Maltin kif ukoll barranin.
//= $special ?>Traffikanti tad-droga u klijenti arrestati waqt rejd f’maħżen f’Birkirkara