Żagħżugħ ta’ 33 sena ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li kkaġuna ġrieħi ħfief fuq is-sieħba tiegħu .
Il-każ seħħ f’Ħaż-Żabbar fejn fost oħrajn Justin Vella kien akkużat ukoll li ħoloq biża’ fuq il-vittma.
Huwa nħeles mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet fosthom, l-akkużat ġie ordnat li ma jkun hemm l-ebda kuntatt bejn iż-żewġ persuni, u fejn jidhol l-aċċess għat-tfal għandhom jintużaw intermedjarji.
Joanne Piscopo mexxiet il-prosekuzzjoni ta’ dan il-każ filwaqt li l-Avukat Arthur Azzopardi, deher għall-akkużat.
//= $special ?>


