Għall-ħabta tat-tlieta ta’ wara nofsinhar passiġġier ta’ 40 sena residenti Tas-Sliema sofra ġrieħi gravi wara li l-mutur li kien fuqu waqa’. L-inċident seħħ fi Triq Louis Wettinger, il-Mellieħa
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ li sar irriżulta li raġel Ingliż ta’ 43
sena, residenti tas-Sliema, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur tal-għamla KSR u waqa’. Raġel Ingliż ta’ 40 sena, residenti tas-Sliema li kien passiġġier fuq l-mutur sofra xi ġrieħi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel Ingliż ta’ 40 sena l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura fejn ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. Ix-xufier ma sofra l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

