Daniel Ricciardo ħasad lil sieħbu tar-Red Bull Max Verstappen meta għamel l-aħjar ħin fil-provi uffiċjali għall-Grand Prix tal-Messiku. Lewis Hamilton, li jonqsu biss ħames punti biex jirbaħ il-ħames kampjonat, kienet it-tielet l-aktar veloċi, u se jibda ħdejn ir-rivali Sebastian Vettel fit-tieni filliera.
Verstappen kien qed jiddomina sal-aħħar mumenti tal-kwalifiki, sakemm Ricciardo għamel l-aħjar dawra tiegħu u għeleb lill-Olandiż b’distakk minimu ta’ 0.026 ta’ sekonda.
L-Olandiż li spiċċa l-ewwel f’kull sessjoni ta’ prattika, kien isir l-iżgħar sewwieq li jirbaħ pole position kieku rnexxielu jagħmel l-aħjar ħin. Għal Ricciardo probabbli kienet l-aħħar pole position tiegħu ma’ Red Bull minħabba li s-sena d-dieħal se jsuq ma’ Renault. Għal Red Bull din kienet l-ewwel doppjetta mill-Grand Prix tal-Istati Uniti fl-2013.
Fit-tiġrija ta’ għada li tibda fit-8.10pm ħin ta’ Malta, jekk Vettel jirbaħ, Hamilton irid jispiċċa fis-seba’ post biex jirbaħ il-kampjonat, u jekk Vettel ma jirbaħx, Hamilton ikun inkurunat ir-rebbieħ tal-kampjonat.
Kif se jibdew
1. Daniel Ricciardo 1:14.759
2. Max Verstappen 1:14.785
3. Lewis Hamilton 1:14.894
4. Sebastian Vettel 1:14.970
5. Valtteri Bottas 1:15.160
6. Kimi Raikkonen 1:15.330
7. Nico Hulkenberg 1:15.827
8. Carlos Sainz 1:16.084
9. Charles Leclerc 1:16.189
10. Marcus Ericsson 1:16.513
Eliminati fit-tieni fażi
11. Esteban Ocon 1:16.844
12. Fernando Alonso 1:16.871
13. Sergio Perez 1:17.167
14. Brendon Hartley 1:17.184
15. Pierre Gasly* Bla ħin
Eliminati fl-ewwel fażi
16. Romain Grosjean* 1:16.911
17. Stoffel Vandoorne 1:16.966
18. Kevin Magnussen 1:17.599
19. Lance Stroll 1:17.689
20. Sergey Sirotkin 1:17.886
*Pierre Gasly u Romain Grosjean għandhom penalità
//= $special ?>