Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Sewwieq ta’ mutur ta’ 38 sena residenti l-Ħamrun sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar fi Triq Clarence, l-Imsida.

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur u karozza tat-tip Toyota IST misjuqa minn mara ta’ 44 sena residenti Ħ’Attard.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei fejn ġie
ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.