L-eks kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż Sven-Goran Eriksson inħatar kowċ tat-tim nazzjonali tal-Filippini. Eriksson iffirma kuntratt ta’ sitt xhur u se jmexxi lit-tim fl-ewwel dehra tagħhom fit-Tazza Asjatika f’Jannar u Frar.
Din se tkun l-ewwel kariga għall-Iżvediż ta’ 70 sena minn meta tkeċċa mill-klabb Ċiniż Shenzhen f’Ġunju tas-sena l-oħra. Hu se jkun qed jieħu post l-eks captain Ingliż Terry Butcher li rriżenja minn kowċ nazzjonali f’Awwissu.
F’Lulju, Eriksson kellu diskussjonijiet biex jinħatar kowċ tal-Kamerun u fl-2010 kellu esperjenza ta’ tliet xhur tal-Kosta tal-Avorju fosthom it-Tazza tad-Dinja fl-Afrika ta’ Isfel.Top of Form
//= $special ?>