F’attivita li saret f’‘Jasmine Nursing Home’ fl-Imsida, rajna kif it-terapija permezz tal-klieb hija utli għal diversi anzjani fosthom dawk li jbatu bid-dimensja’. Kien hemm preżenti wħud mir-residenti, ħaddiema kif ukoll diversi klieb li huma mħarrġa għal din it tip ta terapija.
Reuben Vella Bray, il-Manager ta’ din id-dar, tkellem ma’ Net News dwar kif it-terapija bil-klieb qed tiġi użata kemm f’Malta kif ukoll barra minħabba li attivita bħal din tgħin aktar l-attivita fil-moħħ tal-individwu. Tkellem ukoll fuq attivitajiet oħra fosthom ‘Old photos Therapy’ fejn l-anzjani jieħdu ritratti antiki u jispjegawhom – dan kollu biex jgħinu l-memorja tar-residenti.
Qal illi għalkemm din it-tip ta’ terapija giet introdotta s-Sibt stess, innota li kien hemm numru sostanzjali ta’ anzjani li dehru interessati u attendaw l-attivita. Saħaq li n-numru mistenni jkompli jiżdied kull gimgħa.
Tkellimna ukoll ma’ wieħed mill-105 resident li jinsabu f’din id-dar, Christopher, fejn spjegalna kif ir-residenti jieħdu pjaċir b’attivitajiet bħal dawn, speċjalment hu, li l-klieb huma tant għal qalbu li fuq il-kommodina ta’ fejn is-sodda, għandu ritratt bil-kelba li kellu!
//= $special ?>