Lokali Qorti

Żagħżugħ ikkundannat 19-il xahar ħabs

Somalu ta’ 27 sena ġie kkundannat 19-il xahar ħabs wara li ammetta li wettaq ħsara fuq il-proprjetà ta’ ħaddieħor bil-ħsara tlaħħaq aktar minn €2,500.

Filwaqt li l-każ seħħ fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu f’San Ġiljan, Abdiaziz Hassan Ibrahim kien akkużat ukoll li għex ħajja ta’ għażż.