Lokali

46 persuna mwaqqfa wara spezzjonijiet tat-traffiku

Fi stqarrija ingħad li membri mis-sezzjoni tat-traffiku dalgħodu wettqu kontrolli f’diversi lokalitajiet madwar Malta fosthom fiz-zona ta’ Paceville, is-Swieqi, Pembroke, San Pawl il-Baħar, ix-Xemxija, il-Kappara, Ħal Qormi, il-Ħamrun u l-Imrieħel.

Intqal li din l-operazzjoni kienu spezzjonati 874 vettura. F’dawn il-kontrolli ġew imħarrka u mwaqqfa diversi persuni minħabba ksur tar-regolamenti tat-traffiku li jinkludi 3 persuni b’sewqan mingħajr liċenzjan tas-sewqan valida, 31 persuna b’sewqan eċċessiv, 4 pesuni mingħajr polza tal-assigurazzjoni, 4 persuni mingħajr ċintorin tas-sigurtà, 2 persuni li kellhom il-liċenzja tal-vettura mhux valida, 2 persuni li kienu qiegħdin isuqu l-vettura taħt l-effett tal-alkoħol fost diversi ksur tar-regoli oħra.