L-Awtorità tal-Ippjanar iddeċidiet li tieħu lura €7 miljun f’fondi li ġew allokati għal proġetti futuri possibbli f’sitt lokalitajiet.
Dawn il-flus issa poġġiethom f’fond ta’ riserva li jista’ jintuża għal faċilitajiet ta’ parkeġġ universitarju, b’uħud mis-sindki li lanqas kienu jafu b’dak li kien għaddej. Tant hu hekk li wħud minn dawn saru jafu meta kkuntattjati minn The Malta Independent.
Rapport f’din il-gazzetta jindika li din il-mossa se jkollha effett fuq il-lokalitajiet li tteħdulhom il-fondi.
Il-President Eżekuttiv tal-PA argumenta li l-proġett ta’ parkeġġ se jifforma parti minn sistema ta’ park u ride iżda oħrajn fl-istess mument għandom dubji dwar il-benefiċċji tal-proġett għal lokalitajiet oħra.
Is-€7 miljun ġew meħuda mill-Fond għall-Ippjanar tal-Iżvilupp għal sitt lokalitajiet. Jekk qabel il-31 ta’ Diċembru 2018 dawn ma jippreżentawx proġetti proposti biex jagħmlu użu mill-fondi, il-flus allokati mhux se jibqgħu impenjati għal dawn il-Kunsilli.
Intant mistoqsi dwar kif din l-idea se tinvolvi lil dawn il-lokalitajiet, il-President tal-Awtorità tal-Ippjanar, Johann Buttigieg qal li din se tolqothom direttament.
//= $special ?>