Iż-żewġ partiti fil-Gvern ta’ koalizzjoni li qed tmexxi l-Kanċillier Angela Merkel it-tnejn sofrew telfiet kbar fl-elezzjoni reġjonali ta’ Hesse. Dan meta l-Partit CDU ( ta’ Merkel) taċ-ċentru-lemin u l-SPD taċ-ċentru-xellug tilfu talanqas għaxra fil-mija kull wieħed mill-appoġġ li kienu kisbu fl-elezzjoni preċedenti ġo dan l-Istat.
Sadanittant, il-partit AfD estremista kiseb rappreżentanza fl-assemblea tal-Istat għall-ewwel darba, bl-ewwel indikazzjonijiet ikunu li dan rebaħ 12 fil-mija tal-vot.
Fl-istess ħin, il-Ħodor tax-xellug żiedu wkoll fil-voti u spiċċaw it-tielet, b’19.5 tal-vot f’Hesse.
Is-CDU, fil-preżent, qed jiggverna l-Istat ta’ Hesse f’koalizzjoni mal-Ħodor u waqt li dan l-arranġament jista’ ikompli, ‘l-estensjoni ta’ din il-koalizzjoni’ kapaċi żżid it-tensjoni fi ħdan l-amministrazzjoni ta’ Merkel, f’Berlin.
L-ewwel indikazzjonijiet wara l-elezzjoni kienu li s-CDU niżlu minn 38 għal 28 fil-mija tal-appoġġ f’Hesse waqt li l-SPD, illum, għandhom appoġġ ta’ 20 fil-mija fl-Istat ( mit-30.7 fil-mija preċedenti).
L-elezzjoni f’Hesse kienet segwita mill-qrib mill-analisti għal sinjali ta’ aktar telf ta’ appoġġ mill-partiti tradizzjonali Ġermaniżi. Fil-fatt, l-aħħar disfatta kellha sseħħ ftit ġimgħat wara li l-partit sieħeb ta’ Merkel fil-Bavarja – is-CSU — spiċċa jsofri telfa kbira fil-vot għall-Parlament tal-Istat.
Hu minnu wkoll li partiti bħall-AfD u l-Ħodor żiedu l-appoġġ fuq livell nazzjonali wara l-elezzjoni ġenerali tas-sena l-oħra fil-Ġermanja.
//= $special ?>

