Il-Forum Opportunitajiet Indaqs Partit Nazzjonalista (FOIPN) jesprimi d-diżappunt tiegħu għall-mod kif il-budget imressaq mill-Gvern għażel li ma jallokax fondi lejn l-iżvilupp tar-riżorsi umani, struttuali u infrastrutturali.
Dawn huma fondi li bihom nassiguraw opportunitajiet indaqs lill-persuni b’diżabilità billi nagħtuhom aċċess sħiħ għall-edukazzjoni li għandhom bżonn biex jilħqu l-potenjal tagħhom.
L-FOIPIN itenni li l-edukazzjoni tibqa’ il-bażi kruċjali u l-aqwa għodda biex il-persuna tkun indipendenti, tintegra u tipparteċipa fil-livelli kollha tas-soċjetà.
Il-Forum jesprimi d-diżappunt tiegħu wkoll għall-mod kif il-budget imressaq mill-Gvern għal darb’oħra naqas milli jserraħ moħħ dawk il-ġenituri ta’ persuni b’diżabilità li f’każ li jiġu neqsin, joffri akkommodazzjoni adattata għal uliedhom.
Filwaqt li l-FOIPN jilqa’ b’sodisfazzjoni li hemm żidiet f’għajnuna monetarja, dan mhux biżżejjed biex jiġu mgħeluba l-barrikati li jiffaċċjaw il-persuni b’diżabilità u l-familjari tagħhom biex ikollhom opportunitajiet indaqs fis-socjetà.
L-FOIPN itenni li dawn huma nuqqasijiet kbar għall-Gvern li tant jiftaħar li huwa inlussiv u li suppost għandu ruħ soċjali.
//= $special ?>